Replay (Net Television

Il-goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena Luciano Camilleri mistenni luciano ma’ Melita F.C. b’self mingħand Sliema Wanderers FC.

Dan hekk kif Replay (Net Television) jinsab infurmat li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ klabbs biex it-trasferiment ikun jista’ jseħħ. Fl-isfond ta’ din it-trattattiva kien hemm ukoll klabb ieħor li esprima interess.

Minkejja li għad għandu 15-il sena, Camilleri hu meqjus bħala wieħed mill-iktar goalkeepers promettenti f’pajjiżna. Tant hu hekk li jilgħab għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena u ilu sentejn jilgħab għall-U17s ta’ Sliema.

Matul l-istaġun li għadda Camilleri saħansitra tela’ l-Irlanda fejn tħarreġ ma’ Ballymun United FC 1969 u rċieva kliem ta’ tifħir mill-kowċ ta’ Sporting Clube de Portugal.